Żewġ aġenti tas-sigurtà tal-intelliġenza Taljana, eks uffiċjal tas-sigurtà u mart il-Kaptan tad-dgħajsa huma l-erba’ vittmi fl-inċident tal-Ħadd li għadda f’Lago Maggiore.
Fl-aħħar sigħat, l-awtoritajiet Taljani identifikaw lil Claudio Alonzi (ta’ 62 sena) u lil Tiziana Barnobi (ta’ 53 sena) — żewġ aġenti Taljani, lil Shimoni Erez (ta’ 50 sena) — eks uffiċjal Iżraelit, u lil Anya Bozhkova — Russa ta’ 50 sena — bħala l-persuni li tilfu ħajjithom traġikament meta d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet fl-Italja ta’ Fuq.
Fortunatament 19-il persuna rnexxielhom isalvaw.