Saturday, December 21, 2024

Identifikati l-ħamest itfal li mietu wara li bouncy castle tar bir-riħ fi skola fl-Awstralja

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Dik li kellha tkun ċelebrazzjoni nbidlet fi traġedja li ħalliet bosta persuni bla kliem. 

L-Awstraljani jinsabu f’luttu wara t-traġedja nazzjonali terribbli li fiha sfortunatament tilfu ħajjithom ħamest itfal.

It-tfal waqgħu għoli ta’ madwar 10 metri wara li bouncy castle tar bir-riħ fl-iskola primarja ta’ Devonport f’Tasmania.

Fl-aħħar sigħat il-Pulizija identifikat lill-vittmi li huma Addison Stewart ta’ 11-il sena, u Zane Mellor, Jye Sheehan, Jalailah Jayne-Maree Jones u Peter Dodt ilkoll ta’ 12-il sena.

F’dan l-inċident weġġgħu tfal oħra tant li għad hemm tliet itfal oħra li jinsabu f’qagħda kritika filwaqt li tifel ieħor ħareġ mill-isptar.

Filwaqt li l-ġenituri tal-vittmi ma xtaqux jitkellmu pubblikament, kien hemm qraba oħra li fakkru fil-memorja tagħhom. 

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison iddeskriva l-inċident bħala wieħed ta’ qsim il-qalb u traġedja terribli. 

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin bil-Pulizija tgħid li se tinvestiga jekk il-bouncy castle kienx marbut mal-art.

“Ilkoll għandna ħafna mistoqsijiet,” qal il-Kummissarju tal-Pulizija ta’ Tasmania Darren Hine.

Ekonomija

Sport