Sunday, December 22, 2024

Ifaqqsu 71 fekruna fir-Ramla l-Ħamra

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Total sabiħ ta’ 71 fekruna faqqsu mill-bejta li hemm fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Dan ġie mħabbar mill-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi (ERA) flimkien man-Nature Trust – FEE Malta (NTM) wara li volontieri marru fuq il-post biex jiddokumentaw ir-riżultat.

Din l-operazzjoni favur l-ambjent naturali u l-annimali li jgħixu fih, saret b’reqqa fejn ittieħdu l-miżuri protettivi kollha. Fuq is-sit huwa rrapportat li qiegħed isir monitoraġġ kontinwu wara li nstabet din il-bejta.

Meta nfetħet il-bejta instabu ħamest ifrieken ħajjin u b’saħħithom tant li l-volontieri immedjatament assiguraw li jmorru fil-baħar, l-abitat naturali tagħhom. 

ERA rringrazzjat lil NTM-FEE u l-volontieri kollha għax-xogħol kbir, id-dedikazzjoni tagħhom u għall-għarfien li jwasslu dwar l-importanza li jkunu rrapportati bejtiet ta’ frieken bħal dawn. Dan bil-għan li niżguraw li jkun hemm protezzjoni adegwata u aktar ċans li l-frieken jifaqqsu u jgħixu.

Ekonomija

Sport