Friday, December 27, 2024

Iferraħ bosta tfal, ġenituri u lill-istaff ta’ Rainbow Ward b’ikel bnin 

Aqra wkoll

Li titlef persuna tant speċjali f’ħajtek hija ferm iebsa. Din kienet is-sitwazzjoni tal-koppja Solange u Antoine, hekk kif ftit tal-jiem wara li twieled iċ-ċkejken Juan, il-professjonisti irrealizzaw li huwa kellu tumur u sfortunatament ftit tal-ġimgħat wara huwa ħalla din id-dinja.

Minkejja l-esperjenza ta’ uġiegħ ta’ qalb, il-koppja baqgħet taqdi dmirijietha lil diversi familj u staff ġewwa r-Rainbow Ward li hemm fl-Isptar Mater Dei. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook, Puttinu Cares irringrazzjaw lil Antoine li fit-12 -il annversarju, minn mindu fetaħ il-ħanut tiegħu, iddeċieda li joffri ikel tal-12:00 p.m lil dawk kollha li kienu qegħdin fir-Rainbow Ward. 

Fl-istess messaġġ, intqal li lill-Antoine flimkien mal-mara tiegħu Solange Magri saru jafuhom meta kellhom lit-tarbija tagħhom Juan jieħu l-kura fl-istess ward. Puttinu Cares temmew dan il-messaġġ billi irringrazzjaw lil Antoine ta’ dan l-ġest sabiħ. 

Ekonomija

Sport