Sunday, November 24, 2024

Iffirmar ta’ 4 ftehim kollettivi mill-General Workers’ Union

Aqra wkoll

Ir-riżorsa umana hija l-qofol fil-ħidma ta’ kull kumpanija li timmira lejn aktar sostennibilita’. B’dan il-prinċipju f’moħħha, flimkien mal-kumpaniji rispettivi, f’dawn l-aħħar ġimgħat, il-General Workers’ Union għalqet erba’ ftehim kolletivi oħra. B’sodisfazzjon it-Taqsima Ospitalita u Ikel iffirmat ftehim kolletivi mal-kumpaniji Foster Clark Products LTD, li jkopri l-ħaddiema fl-operattiv, Dolmen Hotel, Resort and Spa, SFC – Simonds Farsons Cisk u ma’ FBIC – Farsons Beverage Imports Company Limited.

Matul iż-żminijiet ta’ pandemija li kienu mimlijin inċertezzi u anki forsi xi ftit skorraġanti, il-ħidma baqgħet għaddeja xorta waħda biex ikomplu jitjiebu il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Hekk kif matul dawn l-aħħar xhur raw diversi kumpaniji li kienu qed isibu diffikulta sabiex jimpjegaw ħaddiema ġodda, flimkien mal-kumpaniji l-GWU ħolqu ftehim kollettivi li kapaċi jattiraw ħaddiema ġodda u fl-istess ħin itejbu il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li diġa jaħdmu hemm.

Is-sostenabilita’ ta’ kull kumpanija hija direttament dipendenti  fuq il-ħaddiema tagħha. L-istess tkabbir jista’ biss iseħħ jekk ikollok impjegati li huma motivati, imħarġa u b’ħiliet diversi. Madankollu dawn jintlaħqu biss jekk il-kumpaniji jagħrfu jinvestu fl-istess ħaddiema. B’dawn il-ftehim kollettivi flimkien mal-kumpaniji, it-Taqsima Ospitalita u Ikel kompliet tpoġġi lill-ħaddiema fil-qofol u fil-qalba tat-tkabbir.

Sport