Il-General Workers’ Union għadha kif iffirmat ftehim kollettiv li jkopri l-ħaddiema kollha ta’ Joinwell. Ftehim li sar għal sena hekk kif qed isir tibdil fil-kumpanija u għalhekk se jerġa’ jiġi diskuss ftehim kollettiv ieħor fil-futur qrib.
Permezz ta’ dan il-ftehim se jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati. Iż-żewġ partijiet kienu determinati li jaħdmu flimkien għall-benefiċċju tal-impjegati u l-kumpanija. Ir-relazzjonijiet industrijali dejjem kienu b’saħħithom bejn iż-żewġ partijiet u d-diskussjonijiet li saru biex jiġi ffinalizzat dan il-ftehim kollettiv jixhdu dan kollu.
L-iffirmar sar minn David Darmanin bħala Segretarju tal-GWU tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni u r-rappreżentant Kevin Pintley u mill-Kap Eżekuttiv Sebastian Degiorgio, il-General Manager Simon Grima u l-HR Manager Dorianne Turner.