Tuesday, April 30, 2024

Anzjana tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Fgura

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:00 a.m., f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Antnin, il-Fgura.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 72 sena residenti Ħaż-Żabbar, intlaqtet minn vettura Nissan Juke li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena residenti x-Xgħajra.

Il-mara ta’ 72 sena ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport