Sunday, November 24, 2024

Iffirmar tal-Ismall Grant Schemes Agreement ma’ seba’ kunsilli lokali

Aqra wkoll

Dan qed isir b’investiment ta’ madwar €690,000

Il-Ministru José Herrera flimkien mal-Ministru Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi ppresedew l-iffirmar tal-Ismall Grant Schemes Agreement (iffinanzjati mill-fondi Norveġiżi)bejn id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali bħala Small Grant Schemes Operatorsu seba’ kunsilli lokali meqjusa bħala lokalitajiet urbani, sabiex iwettqu proġetti fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Il-kunsilli lokali li ffirmaw dan il-ftehim huma Santa Venera, Ħal Tarxien, Paola, il-Marsa, il-Birgu, Tas-Sliema u l-Isla. Bejniethom dawn is-seba’ kunsilli lokali se jingħataw l-ammont ta’ €690,000.

Il-proġetti jinkludu: żvilupp ta’ ċentru li se jgħin sabiex wieħed ikollu ħiliet ġodda u b’hekk ikollu aktar opportunitajiet ta’ xogħol; riġenerazzjoni ta’ ġnien u playground sabiex jintużaw għal skopijiet soċjo-kulturali u edukattivi;  se  jingħata servizz ta’ mobilità u aċċessibilità lil persuni vulnerabbli; żvilupp ta’ Active Ageing Day Centre li jipprovdi faċilitajiet għal persuni anzjani fil-komunità; proġett li jippromwovi l-inklużjoni soċjali fejn se jiġu żviluppati faċilitajiet li jipprovdu ambjent sigur għall-anzjani; se jiġu organizzati attivitajiet fil-beraħ għall-anzjani fil-komunità kif ukoll se jiġu organizzati diversi attivitajiet li jippromwovu l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-povertà.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera stqarr li, permezz ta’ dawn il-proġetti, il-kunsilli lokali se jkomplu jgħinu sabiex ikun hemm riġenerazzjoni fiżika, ekonomika u soċjali fil-komunitajiet li l-aktar għandhom bżonn. Apparti dan, se jtejbu u jgħinu fil-ħtiġijiet soċjali u edukattivi taċ-ċittadini u jtejbu l-aspetti ambjentali fil-lokalità rispettiva tagħhom. Huwa awgura lill-kunsilli lokali li bbenefikaw minn dawn il-fondi, li permezz tagħhom se jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela spjega kif permezz ta’ dawn il-fondi Norveġiżi, li huma indirizzati għall-kunsilli lokali li jinsabu f’lokalitajiet urbani f’pajjiżna, se jkunu jistgħu jimplimentaw proġetti bl-għan li jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti u jagħmlu differenza fil-komunitajiet tagħna.

Il-Ministru Abela semma kif, matul is-sena li għaddiet, l-Aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta – SEM assistiet lil 21 kunsill lokali biex jissottommettu applikazzjonijiet għal fondi, li 15 minnhom ġew magħżula għall-fondi mill-awtoritajiet li jimmaniġġjaw il-programmi differenti ta’ fondi li għalihom applikaw dawn il-kunsilli lokali.

Il-Ministru ħeġġeġ biex aktar kunsilli lokali jersqu lejn l-Aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta – SEM li, permezz tas-servizzi li qed toffri bla ħlas, tagħmilha iżjed faċli biex il-kunsilli eliġibbli għal dawn il-fondi jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex japplikaw u jimplimentaw il-proġetti tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li din l-iskema, li qed tiġi ffinanzjata permezz ta’ fondi Norveġiż (Nowergian Grants), hija miżura oħra li se tkun qed tinċentiva iktar xogħol u proġetti favur komunitajiet isbaħ u aktar b’saħħithom. Dr Zrinzo Azzopardi qal li dan il-gvern, permezz ta’ dawn il-fondi, se jkun qed jagħti l-għodda kollha neċessarja lill-kunsilli lokali biex huma jkollhom biex jaħdmu u jwettqu aktar bidliet pożittivi fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.

Minister for National Heritage, the Arts and Local Government José Herrera, Minister within the Office of the Prime Minister Carmelo Abela and Parliamentary Secretary for European Funds Stefan Zrinzo Azzopardi preside over the signing of the EEA-Norway Grant Agreements with seven local councils

Sport