Fi stqarrija maħruġa mill-Kunsilliera Laburisti fil-Mellieħa rigward it-tmexxija tal-imsaġar tal-Miżieb u l-Aħrax ntqal li fl-aħħar sigħat ġie ffirmat ftehim bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-Federazzjoni tal-Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonijiet.
Permezz ta’ dan il-ftehim, il-gvern iżomm it-titlu sħiħ ta’ dawn iż-żoni, iżda għal dawn it-tliet snin l-imsaġar ikunu taħt il-ħarsien tal-Federazzjoni. Fil-ħolqa hawn mhemuża tista’ tara l-kundizzjonijiet li kien hemm qbil fuqhom f’dan l-iffirmar.
https://www.facebook.com/dario.vella/posts/10224233361324618