Saturday, December 21, 2024

Iffirmat ftehim kollettiv bejn il-GWU u l-HSBC għall-ħaddiema non-klerikali

Aqra wkoll

Ġie ffirmat b’suċċess Ftehim Kollettiv ġdid bejn it-Taqsima Professjonisti, Finanzi, u Servizzi tal-General Workers’ Union u l-HSBC Bank Malta. Dan il-ftehim jiggarantixxi firxa ta’ benefiċċji għall-ħaddiema non-klerikali għas-snin 2024-2026.

Riccarda Darmanin, is-Segretarju tat-Taqsima, estendiet l-apprezzament sinċier tagħha lil dawk kollha involuti fin-negozjati, li bla dubju se jħalli impatt pożittiv fuq il-bank.

L-iffirmar tmexxa mill-Kap Eżekuttiv tal-HSBC, Geoffrey Fichte, il-Kap tar-Riżorsi Umani David Perotti, is-Segretarju tat-Taqsima tal-GWU Riccarda Darmanin, l-Assistent Segretarju tat-Taqsima Paul Micallef, u r-rappreżentanti tal-ħaddiema Anthony Facciol u Simon Calleja.

Ekonomija

Sport