Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield iffirma l-ewwel ordni għad-deportazzjoni ta’ żewġ priġunieri Asjatiċi li kienu fl-aħħar ġimgħat tas-sentenza karċerarja tagħhom f’pajjiżna.
Il-Ministru Bedingfield qal li din id-deċiżjoni hi parti minn eżerċizzju usa’ biex jonqos l-iffullar fil-ħabs u l-piż finanzjarju fuq l-Istat.
Huwa sostna li dawn il-persuni li se jkunu deportati fit-tmiem tas-sentenza tagħhom, mhux se jitħallew jerġgħu jidħlu Malta.
“Qed naġixxu b’mod konkret biex nipproteġu s-sigurtà, u r-riżorsi tal-pajjiż. L-interess nazzjonali l-ewwel u qabel kollox,” qal il-Ministru Bedingfield.

