‘It-Tranżizzjoni ħadra ma tistax timmina l-konnettività u l-kompetittività’

Aqra wkoll

Matul id-diskussjoni tal-MED 9, il-Prim Ministru indirizza wkoll it-tħassib marbut mal-instabbilità fil-Lvant Nofsani u l-impatti negattivi fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Dr Abela rrimarka li l-politika Ewropea dwar l-enerġija ma tistax titfa’ lin-nies u lin-negozji fi żvantaġġi strutturali. Huwa spjega li l-Gvern Malti huwa kommess li jibqa’ jħaddan politika ta’ stabbiltà fil-prezz tal-enerġija u tal-fjuwil biex jassigura stabbiltà ekonomika. 

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-bżonn li jkun hemm kumplimentarità bejn il-miri klimatiċi u l-kompetittività tal-Unjoni Ewropea. “Filwaqt li jeħtieġ li nibqgħu kommessi li nilħqu l-miri ambizzjużi tat-Tranżizzjoni Ħadra, dan irid isir mingħajr ma tkun imminata l-konnettività, fattur importanti li minnu jiddependi pajjiżna.”

Dr Abela rrefera wkoll għall-Emissions Trading Scheme (ETS) u filwaqt li rrikonoxxa l-importanza tagħha għal aktar dikarbonizzazzjoni, irriafferma l-importanza li inizjattivi bħal dawn ma jpoġġux rotot u gżejjer bħal Malta u l-industrija fi żvantaġġ.

Fi tmiem is-Summit, il-Mexxejja adottaw dikjarazzjoni konġunta li tirrifletti l-konverġenza fuq it-temi diskussi. Il-Prim Ministru Robert Abela tenna l-impenn lejn il-ħidma fi ħdan il-Grupp MED9 u rrimarka kif din il-laqgħa kompliet tikkonsolida l-perspettiva Mediterranja f’mument kruċjali għall-Ewropa.

Il-pajjiżi Ewropej membri tal-Med9 huma l-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, is-Slovenja u Malta.

Attendew ukoll dan is-Summit il-Prinċep Albert II ta’ Monaco, il-Prinċep Al Hussein bin Abdullah tal-Ġordan, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen, il-President tal-Kunsill Ewropew Antonio Costa u l-Kummissarju Ewropew għall-Mediterran Dubravka Suica.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport