Saturday, December 21, 2024

Iffirmati 1,300 konvenju f’Awwissu għal valur ta’ aktar minn €300 miljun

Aqra wkoll

Ix-xahar ta’ Awwissu kien l-aħjar wieħed f’dak li huwa xiri ta’ proprjetà meta pparagunat mal-istess perjodu f’dawn l-aħħar erba’ snin, b’aktar minn 1,300 konvenju jiġu finalizzati u reġistrati mal-awtoritajiet. Qalet dan l-Assoċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin li qalet li l-valur kumplessiv jaqbeż it-€300 miljun.

Awwissu kien it-tieni xahar konsekuttiv li ra żieda sinjifikanti fin-numru ta’ konvenji reġistrati wara l-introduzzjoni ta’ numru ta’ inċentivi fir-rigward ta’ taxxa li ġew introdotti mill-Gvern.

L-inċentivi kienu tħabbru mill-gvern f’Ġunju li għadda bl-MDA titlob lill-Gvern biex jinkludihom ukoll fil-Bġit għas-sena li ġejja.

F’Lulju li għadda l-MDA kienet irreġistrat 1,600 konvenju ta’ bejgħ ta’ proprjet`b’valur li jaqbeż it-€330 miljun.

Ekonomija

Sport