Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 110 każi ġodda ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 156 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 2,234.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 714 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta kien irrappurtat li mietet persuna waħda waqt li kienet pożittiva għall-virus.