Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 108 każi ġodda ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 191 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 2,576.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 713 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ma kinux irrappurtati li mietu persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.