Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 158 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 202 persuni.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 3,283.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 703 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa mietet persuna waħda waqt li kienet pożittivi għall-virus.