Saturday, October 26, 2024

Ifiqu aktar mid-doppju tal-każi ġodda reġistrati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ każi attivi komplew jinżlu hekk kif matul dawn l-aħħar 24 siegħa in-numru ta’ persuni li rkupraw kien aktar mid-doppju tal-każi reġistrati ġodda. Fil-fatt minn 2,637 swab test li saru, kienu reġistrati 60 każ ġdid filwaqt li 154 persuna kienu rapportati bħala li rkupraw mill-Covid-19.

Dan wassal biex il-każi attivi naqsu għal 1,623.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ irriżultaw 26 każ ta’ persuni li ġew infettati ma’ qraba tagħhom li diġà huma pożittivi għall-Covid-19, 18-il każ ta’ imxija tal-virus fuq il-post tax-xogħol, disa’ każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ każi oħrajn pożittivi u erba’ każi relatati ma’ tlaqqigħ soċjali.

Sport