Wednesday, December 25, 2024

Iga Swiatek tibda d-WTA bl-aqwa mod possibbli

Aqra wkoll

Is-seed numru wieħed femminli Iga Swiatek għelbet lil Daria Kasatkina sabiex bdiet bl-aqwa mod possibbli l-finali tat-WTA.

It-tennista Pollakka ta’ 21 sena għelbet lil dik Russa 6-2, 6-3 sabiex kisbet is-46 rebħa tagħha fuq straight-set.

B’hekk Swiatek tinsab fit-tieni post tal-aktar tennisti femminili li għamlu din il-bravura u laħqet lil Agnieska Radwanska. Fil-fatt fl-ewwel post hemm Serena Williams li kisbet 66 rebħa fuq straight-sets.

Sadanittant Caroline Garcia se tkun qed tiltaqa’ kontra Swiatek, wara li għelbet lil Coco Gauff 6-4, 6-3.

Ekonomija

Sport