Saturday, May 4, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqgħet struttura tal-ħadid fuqu hu u jaħdem f’Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-2:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex, f’Ta’ Xbiex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet waqgħet struttura tal-ħadid fuq raġel ta’ 50 sena residenti l-Belt Valletta waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ.

Sport