Tuesday, April 23, 2024

ARA: Budget 2023: Min ikkonvinċa lin-nies l-aktar? … Robert Abela jew Bernard Grech?

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li t-Tnejn tkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għamel ir-replika tiegħu tal-budget 2023, bil-Prim Ministru jwieġeb bil-kontro-replika tiegħu għal dan id-diskors, dan il-ġurnal niżel fit-toroq tal-Belt Valletta u staqsejna lin-nies dwar liema jaħsbu li kien l-aktar diskors konvinċenti.

Minn fost numru ta’ reazzjonijiet imħallta li ħadna, bosta qablu li l-Prim Ministru kien lest biex jirribatti għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni determinat u b’viżjoni ta’ mexxej li jaf fejn se jkun qiegħed jieħu lill-pajjiż. 

Oħrajn qalulna li minkejja li ma tantx isegwu dawn it-tip ta’ diskorsi, minn dak li segwew ma rawx bidla fl-atteġġjament ta’ Bernard Grech u li sfortunatament jidher li għadu mhux qiegħed jifhem xi jridu n-nies. Huma komplew biex jgħidulna li kawża t’hekk jidher li se jdum ma jkollna Oppożizzjoni denja għal dan il-gvern.

Madanakollu kien hemm min irrikonoxxa l-isforz tal-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li għalkemm għadu ’l bogħod biex joffri l-Oppożizzjoni li hemm bżonn, jekk verament huwa qiegħed jitkellem mal-individwi li qiegħed isemmi fid-diskorsi tiegħu, jista’ jkun bidu lejn l-irkupru li hemm bżonn fil-partit tiegħu.

Minbarra dawn kien hemm opinjoni ta’ persuni li sostnew li ħadd miż-żewġ mexxejja ma kien konvinċenti fil-fehma tagħhom. Qalulna li filwaqt li t-Tnejn smajna Kap tal-Oppożizzjoni li ressaq l-ideat tiegħu, l-għada kellna Prim Ministru li saħaq fuq il-ġid kollu li qiegħed jagħmel fit-tmexxija ta’ dan il-pajjiż.

Sport