Saturday, December 21, 2024

“Iġbru l-vot biex tiddeċiedu fejn se nieħdu lill-pajjiż”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’appell aħħari waqt id-diskors tiegħu fil-programm ta’ diskussjoni AWLA, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-poplu jeħtieġ li juża l-vot tiegħu biex fis-26 ta’ Marzu biex jipparteċipa fil-proċess demokratiku.

Abela qal li fl-aħħar jiem in-nies laqgħu t-tnedija ta’ dawn il-proposti mmirati biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Żied jgħid li dawn se jibqgħu fuq il-karta jekk fis-26 ta’ Marzu l-poplu ma jweġibx bil-vot tiegħu. Hawnhekk il-Prim Ministru wiegħed li fil-ġimgħat li ġejjin se tkompli toħroġ id-differenza bejn iż-żewġ partiti.

Abela qal li jifhem hemm min hu diżappuntat u weġgħat personali li l-ilment tagħhom ma nstemgħax biżżejjed, iżda wiegħed li dan il-partit se jkompli jisma’ biex fejn hemm soluzzjonijiet ġustifikati jasal għalihom.

Ekonomija

Sport