Friday, May 3, 2024

“Iġġieled kemm tiflaħ għażiż ħija… Jien se nkun dejjem hawn għalik”

Aqra wkoll

“Naf li inti ġuvni b’saħħtek, irrispettivament kull ostaklu fil-ħajja. Iġġieled kemm tiflaħ għażiż ħija. Jien se nkun dejjem hawn għalik”. Dan iddikjaratu tfajla Rabtija b’reazzjoni għal dak li ġara lill-ħuha, hekk kif jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu kien involut f’inċident fit-trakka ta’ Ta’ Qali

Intant, ħabib tiegħu wkoll wassallu l-messaġġ; “Agħmel il-kuraġġ sieħbi.. ejja minn hemm ħalli nerġgħu nkunu fit-track flimkien”.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’. Huwa kien assistit minnufih minn tim mediku li kien prezenti fil-post u ttieħed l-isptar għal aktar assistenza permezz t’ambulanza.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport