Friday, May 3, 2024

Tama ġdida għal Valletta

Aqra wkoll

Valletta …….1

Balzan ….…..0

Valletta għamlu dak li kien meħtieġ minnhom u kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Balzan, biex b’hekk baqgħu jittamaw li staġun ieħor jibqgħu jilagħbu mal-elite tal-football Malti.

Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel periklu fis-sitt mi­nuta permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Triston Caruana li għadda ftit barra.

Valletta wieġbu fit-22 mi­nuta meta permezz ta’ cross-shot Jake Azzopardi ma sab lil ħadd mill-players sħabu biex jagħmel kuntatt mal-ballun.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u sitt minuti wara Keyon Ewurum kellu x-xutt tiegħu mid-distanza jintemm ftit għoli.

Valletta komplew jiddo­mi­naw u fil-41 minuta me­ritatament fetħu l-iskor meta VICTOR LUIZ PRESTES FILHO qabad il-goalkeeper ta’ Balzan Rudy Briffa ftit barra minn postu u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża qabbeż il-ballun għal ġewwa.

Huma komplew fuq l-offensiva u erba’ minuti wara David Garba ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li kważi ħasad għal kollox lil Briffa li m’għamilx moviment, iżda l-konklużjoni tiegħu ntemmet barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan, ħarġu ferm tajjeb u fl-54 minuta Jan Busuttil kellu f’saqajh il-goal tad-draw iżda x-xutt tiegħu mill-viċin għadda jħakkek ma’ sieq il-wieqfa, bil-Beltin jeħilsuha ħafif.

Huma reġgħu ħolqu l-periklu fit-72 minuta meta s-sostitut Benjamin Hili għadda tajjeb lejn Olivier Rommens li ttanta xortih permezz ta’ xutt mill-ewwel mid-distanza li iżda falla l-mira.

Balzan għamlu minn kollox biex iġibu l-iskor indaqs minħabba li bi draw kienu jaċċertaw posthom fl-ogħla diviżjoni.

Iżda l-Beltin għarfu jamministraw il-vantaġġ li kellhom sas-suffara finali.

Għaldaqstant issa hemm ħames timijiet fit-taqtiegħa biex tlieta minnhom isalvaw posthom. Il-partiti li fadal huma kollha kruċjali u għaldaqstant jidher li kollox se jibqa’ nċert sal-aħħar ġurnata.

vALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 9-Adrian Santiago Ferraris, 11-Goncalo Bragnaca De Oliveira, 13-Jake Azzopardi (17-Zak Barbara 86), 14-Christian Gauci, 15-Keyon Ewurum (77-Jhonnattann Benites Da Conceicao 75), 20-Federico Falcone, 22-Brandon Paiber, 30-Victor Luis Prestes Filho, 80-Alfred Silas (23-Milan Jezdimirovic 74), 88-David Garba (6-Enzo Ruiz 85)  – Coach: Juan Cruz Gill

BALZAN: 1-Rudy Briffa, 4-Andre Prates, 5-Samir Arab (6-Marcus Grima 79), 7-Triston Caruana, 8-Paul Fenech (11-Benjamin Hili 70), 10-Jan Busuttil (17-Han Euigwon 79), 23-Nikola Zerjal, 24-Nikola Braunovic, 27-Olivier Rommens, 77-Aleksa Andrejic, 80-George Henry Raymond Blackwood (14-Dimeji Awosanya 63)  – Coach: Oliver Spiteri

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Robrerto Vella

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORER: V. Filho 41 (V)

AMMONITI: A. S. Ferraris (V), G. H. R. Blackwood, A. Prates (B)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport