Tony Farrugia, magħruf ħafna f’pajjiżna għas-saħħa inkredibbli tiegħu, ilbieraħ ingħaqad mal-eluf tan-nies għal mixja tal-Ġimgħa l-Kbira u ddeċieda li jagħmel xi ħaġa unika.
Dan hekk kif matul il-mixja, li kienet twila 21 kilometri mill-Mellieħa sal-Furjana, Tony għażel li jimxi, filwaqt li jġorr salib kbir, bħala ġest simboliku li jirrapreżenta s-solennità tal-Ġimgħa l-Kbira
Għal darb’oħra, Tony wera s-saħħa li għandu, fejn irnexxielu jtemm il-maratona f’madwar erba’ sigħat.