Monday, April 29, 2024

Gwen tiġbor is-somma sabiħa ta’ €5751 b’risq Puttinu Cares permezz tal-figolli

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“It-total ta’ figolli li rnexxielna nagħmlu kien ta’ 860 bis-somma miġbura tkun dik ta’ €5751. Kull figolla inbiegħet għall-prezz ta’ €6. Kienu sitt ġimgħat ta’ ħidma bla waqfien, litteralment mit-Tnejn sal-Ħadd. Għajejt? Iva għajjejt, imma f’moħħi kelli biss għan wieħed – dak li ngħin lil Puttinu permezz tal-ftit li naf u bil-ħin limitat li kelli. Għamilt dan biex nikseb iktar popolarità? Żgur li le!”.

Dan ħabbritu Gwen gavina fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook: ‘Gwen’s Cooking Club’, fejn spjegat li din hija r-raba’ sena li wettqet dan il-proġett u ta’ kull sena l-għan ikun li tagħmel ftit iżjed figolli mis-sena ta’ qabel sabiex dejjem tipprova tkabbar is-somma finali, u rnexxielha.

Irrimarkat li dan il-proġett dejjem iħalliha b’sens ta’ sodisfazzjon kbir għall-fatt illi l-flus imorru għal min verament għandu bżonn, u dan kien jimmotivaha li ma tieqafx qabel ma tlesti l-aħħar waħda.

Kompliet tgħid;”Fit-tqassim ukoll ridt inkun preżenti. Ridt niltaqa’ mas-segwaċi u nirringrazzjahom b’mod personali. Qassamna l-figolli kollha dar dar u ħafna qasmu stejjer magħna ta’ meta huma wkoll ġew bżonn l-għajnuna ta’ Puttinu. Dawn l-istejjer, anke nismagħhom biss, kienu jagħtuni l-enerġija li mmur id-dar u nkompli ndaħħal l-ordnijiet u ntella’ l-produzzjoni”.

Stqarret li l-unika dispjaċir li għandha, hu li kellha tirrifjuta ħafna nies. Dan għaliex il-fiigolli ġew mibjugħin f’qasir żmien. Gwen enfasizzat li dan il-proġett ma seta’ qatt ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-isponsors li qatt ma nista’ nirringrazzjahom biżżejjed li huma; Lamb Brand , What’s Instore , Crosscraft Malta Inserv Ltd , The Bubble Shop u Foster Clark Products Limited.

Temmet il-messaġġ, billi rringrazzjat lill-ommha tal-għajnuna kollha li tatha u tas-sapport kollu, u lill-missierha li ħa paċenzja bil-ġenn kollu li kellhom! Hija awgurat ukoll l-Għid it-tajjbe lil kulħadd.

Sport