Friday, December 13, 2024

Iħebbu għas-Sindku ta’ Tas-Sliema wara li waqqafhom jaqdu l-bżonnijiet tagħhom fil-pubbliku

Aqra wkoll

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava, esprima s-solidarjetà tiegħu mas-Sindku ta’ Tas-Sliema, John Pillow, wara li dan tal-aħħar ġie attakkat minn xi persuni tard filgħaxija. Dan wara li ġibdilhom l-attenzjoni li ma setgħux jaqdu l-bżonniijiet naturali tagħhom fuq il-blat fil-pubbliku. 

Is-Sur Fava saħaq li s-sindki u l-kunsilliera qed jagħtu minn ħinhom u mill-ħin tal-familja tagħhom biex itejbu l-lokalitajiet tagħna u ta’ dan għandhom jingħataw kull rispett.

“Min ma jafx jaġixxi ta’ nies fil-pubbliku, postu mhux fit-triq” Temm jgħid is-Sur Fava.

Ekonomija

Sport