Monday, May 13, 2024

II-maltemp fir-Renju Unit iħalli żewġ vittmi wara li waqgħet siġra fuqhom

Aqra wkoll

Żewġt irġiel sfortunatament tilfu ħajjithom wara li waqgħet siġra fuqhom kawża tal-maltemp qalil ikkaratterizzat minn riħ qawwi ġewwa r-Renju Unit.

Wieħed mill-vittmi kien Kap ta’ Skola li miet wara li waqgħet siġra fuq il-karozza tiegħu ġewwa Antrim. Ir-raġel l-ieħor miet wara li ntlaqat minn siġra ġewwa Cumbria.

Madwar 80,000 ruħ fl-Iskozja spiċċaw bla dawl kawża ta’ dan il-maltemp.

Rapporti internazzjonali qalu kif ir-riħ tant kien qawwi li laħaq il-veloċità ta’ 98mph f’Northumberland, u madwar 120 trakk weħlu fis-silġ qrib Rochdale.

Sport