Wednesday, April 24, 2024

Ikkanċellata l-viża ta’ Novak Djokovic mill-Ministru tal-Immigrazzjoni Awstraljan

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Immigrazzjoni Alex Hawke uża s-setgħa personali tiegħu biex jikkanċella l-viża ta’ Novak Djokovic, hekk kif l-avukati tiegħu qed jippreparaw biex jippreżentaw mandat ta’ inibizzjoni immedjat kontra d-deċiżjoni.

Din id-deċiżjoni xeħtet lit-tennista numru wieħed tad-dinja f’diżappunt kbir hekk kif kien qed jittama li jirbaħ l-10 tournament tal-Australian Open li se jibda nhar it-Tnejn li ġej. 

Jekk ma jikkontestax id-deċiżjoni fil-qrati jew ma jirnexxilux jagħmel dan, ikun immedjatament deportat mill-pajjiż.

Il-Ministru Hawke qal:

“Illum eżerċitajt is-setgħa tiegħi taħt it-taqsima 133C(3) tal-Att dwar il-Migrazzjoni biex nikkanċella l-viża li kellu s-Sur Novak Djokovic għal raġunijiet ta’ saħħa u ordni tajba, fuq il-bażi li kien fl-interess pubbliku li nagħmel dan.

“Din id-deċiżjoni segwiet ordnijiet miċ-Ċirkwit Federali u l-Qorti tal-Familja fl-10 ta’ Jannar 2022, li annullat deċiżjoni ta’ kanċellazzjoni minn qabel għal raġunijiet ta’ ġustizzja proċedurali.

“Meta ħadt din id-deċiżjoni, ikkunsidrajt bir-reqqa l-informazzjoni pprovduta lili mid-Dipartiment tal-Affarijiet Interni, il-Forza tal-Fruntiera Awstraljana u s-Sur Djokovic.

“Il-Gvern ta’ Morrison huwa impenjat bis-sħiħ li jipproteġi l-fruntieri tal-Awstralja, partikolarment fir-rigward tal-pandemija tal-Covid-19.”

Sport