Sunday, December 22, 2024

Ikkonfermat każ tal-marda tal-idejn, is-saqajn u l-ħalq fi skola

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

lbieraħ għadd ta’ ġenituri u kustodji tat-tfal li jattendu l-iskola tal-Primarja ta’  Ħal Tarxien irċevew ċirkolari mingħand is-Surmast fejn talabhom li jekk f’uliedhom jinnotaw sintomi tal-marda tal-idejn, is-saqajn u l-ħalq, jieħduhom għand it-tabib. Dan wara li f’din l-iskola ġew irrapportati xi każijiet ta’ din il-marda fost it-tfal tal-Kinder 2 tal-Kulleġġ San Tumas More, Skola Primarja Tarxien. 

Dan is-sit għamel kuntatt mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn ikkonferma magħna li kien hemm każ wieħed biss ta’ din il-marda u li dan kien fost l-istudenti fil-Primarja ta’ Ħal Tarxien.

Il-kelliem tal-Ministeru żied jgħid ukoll li l-iskola ħadet u qiegħda tieħu l-prekawzjonijiet kollha kif ukoll il-miżuri kollha meħtieġa.

Din il-marda għalkemm mhux ta’ periklu, tittieħed malajr. L-infezzjoni tgħaddi waħidha u s-sintomi jdumu madwar sebat ijiem. 

Ekonomija

Sport