Friday, May 3, 2024

“Se nibqgħu nappoġġjaw lill-familji u lin-negozji tagħna” – il-PM fi tmiem Summit Ewropew

Aqra wkoll

Fi tmiem Summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Prim Ministru Robert Abela qal li wasslu l-messaġġ li se jibqgħu jappoġġjaw lill-familji u lin-negozji tagħna.

Fl-ewwel ġurnata tal-Kunsill Ewropew saru diskussjonijiet importanti dwar il-prezzijiet tal-enerġija u s-saltna tad-dritt.

Matul il-jum tal-lum id-diskussjoni kompliet fejn fuq l-aġenda kien hemm l-immigrazzjoni u l-pandemija tal-Covid-19. Temi li fi kliem il-Prim Ministru huma ta’ prijorità għal Malta.

Fi tmien dan is-Summit ta’ jumejn, Abela qal li l-insistezza tagħhom kienet li kull stat għandu jingħata l-għodda kollha meħtieġa biex jappoġġja liċ-ċittadini tiegħu biex ikunu protetti miż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. 

Abela qal li l-pożizzjoni ta’ pajjiżna hija waħda ċara – dik li se jibqgħu jappoġġjaw lin-nies u lin-negozji tagħna, liema messaġġ kien wieħed b’saħħtu tant li tali pożizzjoni ġiet riflessa fil-konklużjonijiet tal-Kunsill.

Quddiem il-kriżi fil-prezzijiet tal-enerġija, Abela assigura li dan il-Gvern se jappoġġja liċ-ċittadini u ma jħalli lil ħadd waħdu, bl-istess mod li ġara tul il-pandemija.

Sport