Sunday, February 8, 2026

Ikkundannat 40 sena ħabs wara li nstab ħati li “abbuża” minn 200 katavru

Aqra wkoll

Sid ta’ kumpanija li torganizza l-funerali f’Colorado nstab ħati li kien abbuża minn 200 katavru. Hu ġie kkundannat 40 sena ħabs. Jirriżulta li l-imputat flimkien ma’ martu kienu jingħataw il-katavri biex dawn jiġu kremati, iżda huma kienu jidfnu l-istess katavri u lill-familjari jagħtuhom irmied artifiċjali.

Jon Hallford, l-imputat hekk kif kien se jingħata s-sentenza mill-Qorti, talab biex jitlob skuża lill-familjari tal-persuni mejtin li hu abbuża minnhom. 

Il-familjari minkejja din l-iskuża xorta waħda sejħu lil Hallford bħala “monstru” u li dan għandu jiġi kkundannat għal għomru l-aħbs.

L-eks mara tiegħu wkoll kienet tressqet il-Qorti fejn din ammetti l-akkużi kollha kontrih. Hija kienet akkużata li abbużat minn 189 katavru fuq erba’ snin. L-imputata se tkun qiegħda tingħata s-sentenza fil-ġimgħat li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport