Friday, November 22, 2024

Ikkundannat 46 xahar ħabs wara li seraq 2 karozzi u ċappetta tad-deheb

Aqra wkoll

Stefan Cutajar ta’ 39 sena ġie kkundannat 46 xahar ħabs wara li ammetta li seraq żewġ karozzi u ċappetta tad-deheb.

Ir-raġel tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fejn ġie akkużat li x-xahar li għadda seraq karozza mill-Iklin kif ukoll seraq ċappetta tad-deheb.

Cutajar kien akkużat ukoll li f’Ġunju ta’ din is-sena seraq karozza ooħra minn Ħal Balzan u anke seraq xi għodda minn karozza oħra. u ammetta wkoll li żamm għandu affarijiet misruqin u li kiser diversi kundizzjonijiet tal-Qorti. Hu kien akkużat ukoll li hu reċediv.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qieset li l-akkużat ammetta l-akkużi mill-ewwel u anke li kkopera bis-sħiħ mal-Pulizija. Hu talab biex jagħmel programm biex jegħleb il-vizzju tad-droga.

Il-Qorti sabitu ħati fuq l-ammissjoni tiegħu u kkundannatu 46 xahar ħabs u ordni ta’ trattament għal tliet snin.

Sport