Monday, May 13, 2024

It-tim nazzjonali Malti tal-golf għall-Greċja

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-golf jinsab fil-Greċja fejn qed jieħu sehem fid-disa’ edizzjoni tal-ETSC International Golf Tournament.

Dan it-tournament qed jintlagħab f’Costa Navarino,korsa li fiha 18-hole par-72 li hi ddisinjata mill-golfer famuż Jose Maria Olazabal.

Fit-tim Malti qed jieħdu sehem il-golfers Ruud Critien u Laurens Schulze Doering flimkien ma’ Oliver Stuart u Liam Debattista li huma relattivament ġodda għal din il-kompetizzjoni. It-tim hu mmexxi minn Andy Borg u jinsab akkumpanjat mill-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Golf William Beck.

Sadanittant għaxar pajjiżi oħra se jkunu qed jieħdu sehem f’dan it-turnament u dawn huma l-Albanija, Andorra, il-Bulgarija, Ċipru, Georgia, il-Greċja, Liechtenstein, il-Lussemburgu, Serbja u l-Ukrajna.

Sport