Friday, November 15, 2024

Ikompli jiżdied in-numru ta’ persuni mejta kawża tal-maltempata Ana fil-Mozambique u Malawi

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża tal-mal­tempata tropikali Ana – li laqtet lil Mozambique u Malawi – issa tela’ għal 12. Min-naħa tagħhom l-awtoritajiet qed jibżgħu li n-numru jista’ jkompli jiżdied hekk kif it-tiftix qalb it-tifrik għadu għaddej. Din il-maltempata laqtet li din iż-żona tan-Nofsinhar tal-Afrika nhar it-Tne­jn li għadda.

Ġewwa l-Mozambique b’kollox hemm iktar minn 20,000 persuna li ġew affettwati b’din il-maltempata, b’iktar minn 3,000 dar iġarru ħsarat estensivi. Apparti hekk, numru ta’ kliniċi u anke skejjel ukoll ġarrbu ħsarat kbar. Fil-Malawi, li huwa pajjiż ġar ta’ Mozambique, l-istess maltempata wasslet għal għargħar li kkawża ħsarat estensivi fis-sistemi tal-provvista tal-elettriku.

Matul dawn l-aħħar snin, il-Mozambique u pajjiżi oħrajn fin-Nofsinhar tal-Afrika ntlaqtu repetutament minn maltempati u ċikluni qawwijin li qatlu numru ta’ persuni u kkawżaw ħsarat estensivi. Minħabba dawn il-fenomeni naturali għadd ta’ persuni kellhom jitilqu mill-pajjiż. L-esperti qed jgħidu li l-maltempati qed isiru iktar b’saħħtihom u dan minħabba li kawża tat-tibdil fil-klima l-baħar qiegħed ikun iktar sħun mis-soltu. Apparti hekk, il-livell tal-baħar qiegħed dejjem jogħla u żoni kostali qed ikunu iktar vulnerabbli għal diżastri.

Ekonomija

Sport