Sunday, December 22, 2024

Ikompli jonqos il-qgħad… 1,711 jirreġistraw għax-xogħol f’Ġunju

Aqra wkoll

L-għadd ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol matul Ġunju li għadda naqas b’2,559 u b’hekk issa fuq ir-reġistru tal-qgħad hemm biss 1,711 li m’għandhomx impjieg. Fl-istess xahar, in-nies jirreġistraw għax-xogħol taħt Parti II naqsu wkoll b’200.

Meta kumparat ma’ Ġunju tas-sena 2020, ir-Reġistru tal-Qgħad juri wkoll tnaqqis sostanzjali fost dawk li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal iktar minn 21 ġimgħa.

L-istess statistika maħruġa mill-Ufffiċju Nazzjoali tal-Istatistika – NSO- juri wkoll sinjali pożittiva fir-rigward ta’ persuni b’diżabilita li qed ifittxu xogħol. L-għadd ta’ dawn il-pwersuni fuq ir-reġistru tal-qgħad huwa ta’ 253 li 71.5% minnhom huma rġiel.

Ix-xogħol klerikali huwa l-iktar impjieg preferut mill-maġġoranza ta’ dawk li qed jirreġpistraw għax-xogħol.

Ekonomija

Sport