Wednesday, July 24, 2024

Ikompli s-suċċess tal-proġett tal-Barbaġann

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) għal sena oħra ħabbret aktar suċċess miksub bir-rilaxx ta’ aktar frieħ tal-barbaġanni fl-inħawwi tal-Ġonna tal-Buskett.



Dan huwa pass ieħor importanti għall-Proġett li l-FKNK ilha tikkoordina u tmexxi mill-2017 biswit ir-Razzett tal-Bagħal li kien tal-Kavallieri ta’ Malta fis-seklu 16 fi ħdan is-Santwarju Natura 2000 fill-Ġonna Buskett, liema razzett huwa amministrat ukoll mill-FKNK mill-2014.



L-aħħar introduzzjoni uriet rilaxx ta’ l-fuq minn 14 il-suġġett li ġew imnisla fil-magħluq u introdotti fl-abitati naturali tagħhom.
 
Huwa ukoll maħsub li fil-jiem li ġejjin ser isir rilaxx ta’ barbaġanna li ġiet rijabilitata mill-FKNK u li kienet mitluqa fis-sena 2022.


 
Is-sena 2024 ser tkun sena importanti għal dan il-proġett, b’numru akbar ta’ eżemplari introdotti fis-selvaġġ, kif ukoll bil-għajnuna ta’ moniteraġġ teknoloġiku ser jingħaraf aħjar l-atteġjament u l-moviment ta’ dawn l-ispeċi.

 Dan huwa proġett ta’ konservazzjoni uniku tax-xorta tiegħu fil-gżejjer Maltin, li juri kif l-FKNK qegħda tkun pijuniera fir-restawr tal-bijodiversita’ fil-gżejjer Maltin.

Ekonomija

Sport