Wednesday, July 24, 2024

Stefan Ortega se jibqa’ ma’ Man City

Aqra wkoll

Il-goalkeeper ta’ Manchester City, Stefan Ortega, iffirma estensjoni tal-kuntratt ta’ sena sa tmiem l-istaġun 2025-26.

Il-player ta’ 31 sena, li ngħaqad mas-City fl-2022 mingħand il-club Ġermaniż, Arminia Bielefeld, għamel disa’ dehriet fil-Premier League fl-istaġun li għadda u beda l-finali tal-FA Cup kontra Manchester United li dawn rebħu 2-1.

“Ninsab kuntent li nibqa’ ma’ Manchester City għal aktar żmien,” qal Ortega, li l-kuntratt tiegħu kellu jiskadi fi tmiem l-istaġun 2024-25.

“Dan il-club jipprovdi lill-players b’dak kollu li għandna bżonn biex inkunu fl-aħjar tagħna. Kuljum inħossni motivat u sfidat, u tjibt bħala goalkeeper minn meta ġejt hawn sentejn ilu.”

Id-direttur tal-football tas-City, Txiki Begiristain, iddeskriva lil Ortega bħala “l-aqwa goalkeeper numru tnejn li qatt kellna”.

Ekonomija

Sport