Saturday, November 9, 2024

Ikompli t-tiftix għall-persuni rrapportati nieqsa wara l-għargħar fl-Afrika t’Isfel

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat ssoktaw it-tfittxijiet għal madwar 63 persuna li għadhom irrapporti nieqsa wara l-għargħar devastanti li laqat il-provinċja ta’ KwaZulu-Natal fl-Afrika t’Isfel il-ġimgħa li għaddiet. 

Statistika li għadha kif ġiet ippubblikata tgħid li b’kollox hemm iktar minn 440 persuna li tilfu ħajjithom u fosthom hemm anke żewġ ħaddiema tas-salvataġġ. Ħafna mill-vittmi spiċċaw imkax­ra mill-ilmijiet u valangi ta’ tajn. 

Il-gvern iddikjara l-pro­vin­ċja ta’ KwaZulu-Natal bħala żona ta’ diżastru u dan hekk kif skont l-uffiċjali tal-post, dan kien fost l-iktar għargħar qawwi li qatt laqat lil din iż-żona tal-pajjiż. Hu mifhum li kien hemm kważi 4,000 dar li tkissru filwaqt li 8,000 ġarrbu ħsarat konsiderevoli. 

Apparti hekk, xejn inqas minn 300 skola ġarrbu ħsarat kif ukoll kienet irrapportata ħsara estensiva fl-infrastruttura. L-iktar belt milquta kienet dik ta’ Durban. 

Sport