Il-Kunsillier James Aaron Ellul fi stqarrija maħruġa minnu ftit tal-ħin ilu qal li ftit tal-mumenti ilu l-Kunsill Lokali tal-Floriana qabel mal-mozzjoni li kien preżenta fil-21 ta’ Novembru biex triq f’Balzunetta fil-Floriana tissemma’ għall-Prof. Oliver Friggieri.
Huwa żied jgħid li issa se tiskatta d-diskussjoni fuq fejn u liema triq se tintgħażel biex iġġib l-isem għal Oliver Friggieri (Sa issa hemm il-ħsieb li Triq l-Argotti ż-żgħira tkun imesemmija għalih).
Il-kunsillier Nazzjonalista tenna li ntlaħaq qbil ukoll biex bħala Kunsill naraw il-possibbiltà li titwaħħal irħama mal-binja/dar fejn trabba u għex il-Prof. Friggieri.
Il-mozzjoni li ġiet imressqa minnu:
“Nitlob biex fil-laqgħa li jmiss jiskatta l-proċess biex triq f’Balzunetta, il-post fejn trabba, tkun imsemmija bħala Triq Oliver Friggieri. Din it-triq irridu niddentifikawa fid-diskussjoni tagħna li nittama li ssir fil-laqgħa li jmiss. Tal-ħsieb ukoll li ssir irħama mal-post fejn trabba. “