L-awtoritajiet tas-saħħa ħarġu l-aħħar figuri dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Aħbar tajba ferm hekk kif fl-aħħar sigħat kienu konfermati 17-il persuna li fiequ mill-virus. Minn fost 1,071 swab test kien hemm biss persuna li rriżultat pożittiva.
B’hekk meta wieħed inaqqas lil dawk li fiequ u dawk li sfortunatament mietu, it-total ta’ każijiet attivi huwa dak 57 persuna.