Saturday, December 21, 2024

Ikomplu l-attivitajiet tal-karnival fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Sa minn kmieni filgħodu, għadd ta’ persuni llum inġabru fil-Belt Valletta sabiex jipparteċipaw jew jassistu għall-briju tat-tieni jum tal-programm tal-karnival ta’ din is-sena.

Għalkemm f’verżjoni ridotta ta’ dak li mdorrijin naraw fit-toroq tagħna minħabba l-imxija tal-Covid-19, bosta familji b’mod speċjali dawk l-aktar żgħar fl-età din is-sena jistgħu jgawdu dawn iċ-ċelebrazzjonijiet wara nuqqas minħabba l-firxa tal-pandemija.

Il-programm tal-karnival jinkludi diversi stallazzjonijiet fit-toroq tal-Belt bejn il-25 u l-1 ta’ Marzu, esebizzjoni ta’ ritratti karnivaleski mill-fotografu Ġermaniż Frank Kirchner, ikkurata minn Antoine Farrugia, esebizzjoni mhux kompetittiva ta’ kostumi passati u produzzjoni teatrali live tal-Qarċilla kollha b’kollaborazzjoni ma’ Spazzju Kreattiv. Ser issir ukoll produzzjoni teatrali ta’ żfin, projections u attivitaijiet oħra għat-tfal organizzata mit-Teatru Manoel b’kollaborazzjoni mat-TOI TOI Collective u bis-sapport ta’ Festivals Malta.

Ekonomija

Sport