Tuesday, May 21, 2024

ARA: Ukrena tikkonfronta suldat Russu u tgħidlu jżomm żerriegħa tal-ġirasol fil-bwiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat komplew jiċċirkolaw diversi ritratti u filmati li jitrattaw iżjed mill-qrib dak li għaddej fl-Ukrajna.

Wieħed mill-aktar filmati li qiegħed jiċċirkola u li joħroġ biċ-ċar l-kruha tas-sitwazzjoni kien dak ta’ waħda miċ-ċittadini Ukreni li kkonfrontat suldat Russu.

Il-mara marret fuq is-suldat f’Henychesk fir-reġjun ta’ Kherson u staqsietu x’kien mar jagħmel f’pajjiżhom.

Hija tkompli biex tgħidlu biex iżomm żerriegħa tal-ġirasol fil-bwiet biex forsi tinbet fl-art Ukrena ladarba jmut hemmhekk. Is-suldat jitlobha tieqaf bil-provokazzjonijiet sabiex ma tkomplix tagħmel is-sitwazzjoni waħda agħar milli hi. Hi twieġbu minnufih li s-sitwazzjoni ma tistax tkun waħda agħar.

Sport