Tuesday, December 24, 2024

Ikomplu l-protesti fiċ-Ċina mill-pensjonanti minħabba tnaqqis fil-benefiċċji mediċi

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

F’perjodu ta’ ġimgħa, fiċ-Ċina twettqu żewġ protesti minn ġemgħa kbira ta’ pensjonanti Ċiniżi, partikolarment f’Wuhan u f’Dalian, minħabba li l-pensjonanti jinsabu urtati dwar miżura li ħa l-Gvern għat-tnaqqis tal-benefiċċju mediku.

Dan hekk kif dawn il-miżuri qed isiru fi żmien meta l-prezzijiet relatati mal-kura tas-saħħa splodew mas-smewwiet.

Tajjeb li nsemmu li ċ-Ċina m’ilhiex wisq li bdiet tieħu r-ruħ wara li l-pajjiż reġa’ għadda minn mewġa meta żdiedu n-numri ta’ każijiet tan-nies infettati bil-virus tal-Covid-19 wara li ġew rilaxxati uħud mir-restrizzjonijiet.

Dawn il-protesti, ikkaretterizzati mir-riforma għat-tnaqqis fil-benefiċċji tas-saħħa għall-anzjani, qed isiru propju ftit tal-ġimgħat qabel ma jiltaqa’ l-Kungress Nazzjonali, fejn matul din il-laqgħa hemm il-possibilità li persuna ġdida tibda tokkupa l-pożizzjoni ta’ President minflok il-mexxej attwali Xi Jinping.

Iċ-Ċina mhijiex l-unika pajjiż madwar id-dinja li fih il-pensjonanti tal-pajjiż qed isemmgħu leħinhom fit-toroq. Dan hekk fl-aħħar jiem kif fi Franza saru sensiela ta’ strajks u protesti kontra r-riforma proposta mill-Gvern Franċiż għaż-żieda fl-età tal-irtirar.

Ekonomija

Sport