Sunday, November 24, 2024

Ikomplu t-taħditiet għal aktar kooperazzjoni mal-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kompla bid-diskussjonijiet mal-Arabja Sawdija bil-għan li tkompli titkattar il-kooperazzjoni li diġà teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi.

Matul iż-żjara tiegħu, il-Ministru Borg kellu laqgħat importanti mal-Ministru għall-Investiment, Khalid A. Al- Falih u anke mal-Viċi Ministru għall-Kultura, Hamed bin Mohammed Fayez.

Iż-żewġ naħat irrikonoxxew ir-relazzjoni b’saħħitha f’dawn is-setturi u l-bżonn li jiġu msaħħa biex igawdu l-popli. Il-Ministru Borg qal li permezz tad-diskussjonijiet li għaddejjin qed jaraw li jinħolqu opportunitajiet ġodda kemm bejn il-gvernijiet iżda anke fuq livell ta’ kummerċ.

Il-Ministru Borg kien akkumpanjat miċ-chairpersons ta’ Arts Council Malta, Trade Malta, Property Malta, flimkien ma’ uffiċjali mill-Ministeru tat-Turiżmu u tmexxija tal-ITS, u l-kap tas-segretarjat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Preżenti wkoll kien hemm l-Ambaxxatur Malti għall-Arabja Sawdija, Clive Aquilina Spagnol.

Id-delegazzjoni Maltija żaret ukoll siti oħra fosthom l-Al Masmak Palace Museum, in-Neom – The Line Experience kif ukoll il-Jax District.

Sport