Monday, May 13, 2024

Donald Trump jisfida lil Meghan Markle għal dibattitu

Aqra wkoll

Tul il-karriera tiegħu, l-eks President Donald Trump qabeż bosta dibattiti, fosthom l-ewwel dibattitu Repubblikan tal-2024. Minkejja dan Trump iddikjara li jixtieq jagħmel dibattitu mad-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle.  

Dan il-kliem Trump qalu hekk kif l-Erbgħa li għadda kien mistieden fuq programm tar-radju mmexxi minn Hugh Hewitt. L-eks-president Trump qal li ma għoġbitux il-mod ta’ kif Meghan ittrattat lil mibkija Reġina Eliżabetta II, li mietet fit-8 ta’ Settembru tas-sena li għaddiet fl-etá ta’ 96 sena. 

Meta mistoqsi minn Hewitt dwar id-dibattitu, huwa qal li jrid jagħmlu minħabba l-fatt li jixtieq iwaqqafha milli qed tagħmel u saħaq li ma jaqbilz ma’ dak li qegħdin jagħmlu hi u żewġha l-prinċep Harry. 

F’intervista oħra li kellu fil-passat ma’ midja internazzjonali, Trump kien qajjem is-suġġett fuq Meghan Markle. Dak iż-żmien Trump qal; “Miniex xi wieħed li naqbel mal-ħajja ta’ Meghan, qas xejn. Personalment naħseb li Harry huwa l-miskin għax Meghan qed tmexxih minn imnieħru”.

Sport