Wednesday, December 25, 2024

Iktar Medalji mill-Atleti Maltin waqt il-Logħob COJI Jeux des Îles f’Mallorca

Aqra wkoll

L-atletika u l-għawm ġabu iktar medalji għal Malta wara t-tieni jum ta’ kompetizzjoni ġewwa Mallorca fejn il-kontinġent Malti qed jikkompeti fil-Jeux des Iles, COJI. 

L-erba’ midalji tad-Deheb mirbuħa fit-tieni ġurnata kienu ta’ Kareem Chouhal (Discus) fl-Atletika. Chouhal, rebaħ ukoll midalja tal-fidda fix-Shot Put u Midalja tal-Bronż fl-Hammer throw. Il-kumplament tal-midalji tad-Deheb tal-ġurnata ntrebħu mill-għawwiema Julienne Woods (200m freestyle), Sophia Allen (50m breaststroke), u Matthew Satariano (50m breaststroke).

Tliet midalji tal-fidda ntrebħu mill-għawwiema Julienne Woods, Sophia Allen, Martina Camilleri, u Zea Caruana Garzia (Girls 4x 100m Relay Freestyle ), Ella Fenech Attard (200m Individual Medley), u Caine Schembri (200m breaststroke). L-atleta Sonique Gatt (Discus) kompliet iżżid mal-midalja li rebħet ilbieraħ fit-tefgħa ta’ Hammer.

L-akbar ġbir ta’ midalji għat-tieni jum kien Bronż b’total ta’ tmien midalji mirbuħa mill-għawwiema. Matthew Satariano, Caine Schembri, Luca Grixti, Liam Rodenas (4x100m Relay Freestyle), Roanna Farrugia (800m freestyle), Sophia Allen (200m freestyle), Martina Camilleri (50m breaststroke), Caine Schembri (50m breaststroke), Matthew Satariano (50m freestyle). ) Zea Caruana Garcia (50m freestyle) u Ella Fenech Attard (100m fly).

Ġew reġistrati wirjiet oħra tajbin fit-Table Tennis b’Malta tirreġistra rebħiet tajbin kontra l-Azores u l-Baleares B Team.

It-tim tal-Ibburdjar sa issa tellaq f’sitt tlielaq,  b’aktar tlielaq isiru illum, il-Ġimgħa. Sa issa Poyraz Fidanboy qed imexxi lit-tim Malti fis-sitt post. It-tim tal-Ġinnastika se jikkompeti l-Ġimgħa u l-Ħadd, filwaqt li t-tim tal-Karate jikkompeti nhar is-Sibt.

Ekonomija

Sport