Investigaturi minn madwar id-dinja jinsabu f’attentat li jsibu iktar minn biljun dollaru li jingħad li ġew misruqa lil Lhud u ġew moħbija min-Nażisti f’kont tal-bank sigriet.
Din it-tfittxija reġgħet ġiet instigata wara li nstabet lista ġo maħżen fl-Arġentina bi 12,000 isem ta’ persuni li fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija kienu jiffurmaw parti min-Nażisti jew li ssimpatizzaw man-Nażisti u li malli ntemmet il-Gwerra telqu lejn l-Amerka t’Isfel.
F’din l-istess lista kien hemm ukoll id-dettalji ta’ dawk l-individwi li ħadu ħsieb it-trasferiment tal-flus f’kont tal-bank fl-Iżvizzera.
Skont xi għajdut dan il-kont bankarju ilha ma ssirlu xi tip ta’ tranżazzjoni għal dawn l-aħħar 78 sena.