Thursday, April 18, 2024

Balzan FC jikkonfermaw l-akkwist tal-attakkant Brażiljan, Matheus Souza

Aqra wkoll

Balzan FC ikkonfermaw l-iffirmar tal-attakkant Brażiljan, Matheus Souza.

Fi stqarrija, il-club tal-Premier League qal li l-player ta’ 28 sena kien attakkant tipiku numru disgħa b’saħħa tajba fil-kaxxa.

B’hekk, Souza sar is-sitt akkwist ta’ Balzan fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf wara l-wasla tal-goalkeeper Jonathan Debono, id-difensur Duvan Torres, il-wingers Luca Mallia u Angel Torres, u l-midfielder offensiv Aidan Friggieri.

“Balzan F.C. bi pjaċir iħabbru l-iffirmar tal-attakkant Brażiljan ta’ 28 sena Matheus Souza,” qal il-club tal-Premier League fi stqarrija.

“Matheus huwa prodott tal-Akkademja ta’ Corinthians fil-Brażil qabel ma ffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu ma’ Bahia fl-2013. Matheus imbagħad mar il-Portugall fl-2019 fejn lagħab għal tliet staġuni ma’ Praiense, Amora u Lourosa.

“Matheus hu deskritt l-aħjar bħala numru tipiku 9 b’saħħa tajba fil-kaxxa, u xamma kbira għall-goal.”

“Nilqgħu lil Matheus f’Malta u aħna ċerti li jista’ jkun parti importanti ħafna mill-iskwadra u jgħin ħafna lill-club biex iwettaq l-ambizzjonijiet tagħna għall-istaġun 2022/23.”

Ekonomija

Sport