Friday, December 13, 2024

Iktar miżuri rilaxxati mil-lum

Aqra wkoll

Kif tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Sahha Chris Fearne, mil-lum kompla r-rilaxx tal-miżuri b’rabta mal-pandemija tal-Covid, bil-mira tkun li sal-bidu tas-sajf jitneħħew l-parti l-kbira tar-restrizzjonijiet jekk is-sitwazzjoni tibqa’ taħt kontroll.

Fost it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet li jidħlu fis-seħħ mil-lum hemm dik taċ-ċertifikat tat-tilqim hekk kif dan mhuwiex se jibqa’ obbligatorju għal ristoranti, snack bars u każini.

Dan fl-isfond li l-ġimgħa d-dieħla dan mhux se jibqa’ obbligatorju għall-bars, gyms, spas, pools u anke t-teatri u ċinemas.

Intant, mil-lum ukoll qed jiġu estiżi l-ħinijiet tal-viżitaturi f’Mater Dei.

Mil-lum ukoll qed titneħħa r-restizzjoni li tillimita sa’ erba’ households, in-numri ta’ persuni ġewwa djar u residenzi privati.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret il-ġimgħa l-oħra, id-Deputat Prim Ministru qal li qed jinnotaw li f’dawn il-jiem jidher li n-numru ta’ każi attivi jibqa’ jistabbilizza. 

Spjega li jidher li xorta se jibqa’ jkollna numru limitat ta’ każi ġodda fil-komunità. Minkejja dan skont l-analiżi li saret, jidher li bil-vaċċin u t-teħid tal-booster se jkollna biżżejjed immunità biex għalkemm ikun hemm każijiet ġodda, każijiet severi u konsegwenzi severi tal-covid ikunu baxxi. 

Dan se jfisser li pajjiżna jinsab f’sitwazzjoni li jekk il-previżjonijiet li għandna jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar parti tar-rebbiegħa u l-bidu tas-sajf nneħħu l-parti l-kbira tar-restrizzjonijiet li għandna fis-seħħ illum.

Ekonomija

Sport