Saturday, May 4, 2024

Is-snowboarder Jenise Spiteri se tiddebutta fil-Logħob tax-Xitwa nhar l-Erbgħa

Aqra wkoll

L-uniku kompetitur ta’ Malta fl-Olimpjadi tax-Xitwa ta’ Beijing 2022, Jenise Spiteri, ser tikkompeti nhar l-Erbgħa 9 ta’ Frar fir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni tad-dixxiplina Snowboard Half-Pipe li se ssir fil-Yunding Snow Park, il-Belt ta’ Zhangjiakou fis-sagħtejn ta’ filgħodu ħin ta’ Malta.

Id-dixxiplina tal-half pipe tikkonsisti f’numru ta’ attivitajiet akrobatiċi korsa f’forma ta’ u. Huma  jirċievu punti bbażati fuq id-diffikultà u l-kapaċitajiet murija minnhom.

Jenise Spiteri, li tgħix il-Kalifornja, għandha missier Malti u omm Amerikana, filwaqt li n-nanniet min naħa ta’missiera huma mill-Ħamrun. Spiteri, ikkwalifikat għal-logħob wara il-parteċipazzjoni tagħha fl-avveniment tat-Tazza tad-Dinja f’Laax, l-Isvizzera biex b’hekk wittitha t-triq biex tieħu sehem fl-ewwel Olimpjadi. Spiteri kienet appoġġjata fil-preparazzjoni tagħha lejn il-Logħob permezz ta’ finanzjament mill-iskema tal-Olympic Solidarity.

Spiteri li tinsab fil-35 post fl-iskeda tal-FIS Ranking, se jkun qed jikkompeti fl-ewwel grupp tal-avveniment ta’ kwalifikazzjoni. Fost atleti ta’ esperjenza fil-grupp tagħha, li ġejjin minn pajjiżi bħaċ-Ċina u l-Kanada,  hemm l-Amerikana Chloe Kim (USA) li rebħet il-medalja tad-Deheb f’PyeongChang

Sabiex tipprova jikkwalifika għall-finali fl-10 ta’ Frar, Spiteri se jikkompeti f’żewġ rawnds inizjali nhar l-Erbgħa 9 ta’ Frar. L-aħjar rawnd minn dawn it-tnejn se jiġi kkunsidrat u se jiddetermina jekk hix se tkun waħda mit-tnax-il atleta li jgħaddu għar-rawnd li jmiss.

“Din hija t-tielet parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Logħob tax-Xitwa. Għalkemm qed nikkompetu ma’ pajjiżi akbar u b’aktar esperjenza, dak li jista’ jkun jonqosna fl-esperjenza nagħmlu tajjeb għalih fl-ispirtu. Ninsabu fiduċjużi li Jenise se tkun qed tagħtiha 100% nhar l-Erbgħa” irrimarkat Charlene Attard, Chef de Mission.

Malta ilha tikkompeti fil-Logħob tax-Xitwa mill-2014 meta għamlet id-debutt tagħha f’Sochi. Malta reġgħet lura għal-Logħob f’Pyeongchang, u b’hekk Beijing 2022 għamel it-tielet ħarġa tagħha f’dan il-festival tax-xitwa tal-isport.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport